Sunday, May 19, 2024

Sirjan li jgħix Malta mfittex fuq traffikar ta’ immigranti

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Ungeriżi talbu lil dawk Maltin l-estradizzjoni ta’ Sirjan ta’ 48 sena li jgħix Malta biex iwieġeb għal akkużi dwar traffikar ta’ bnedmin.

Loiai Aljelda, li jgħix Birkirkara u għandu passaport Malti, tressaq fil-Qorti u qed jinżamm taħt arrest sakemm jinstemgħu l-proċeduri lokali li għandhom jiddeċiedu jekk jiġix estradit jew le.

Huwa ma tax l-awtorizzazzjoni tiegħu għat-talba tal-awtoritajiet Ungeriżi li jemmnu li kien involut fi traffikar ta’ immigranti fil-pajjiż.

Aljelda tressaq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia mill-Ispettur Omar Zammit u għandu jiddefendih lill-Avukat Ramon Bonett Sladden.

Sport