Sunday, October 27, 2024

“Sirna nfittxu annimal aktar minn bniedem … Charlie ma jistax jintesa daqslikieku kien numru”

Waħda mill-qraba tal-anzjan li għeb xi jiem ilu

Aqra wkoll

“Dan hu Charlie Fino z-ziju t’ommi. Ilu mitluf għax ħareġ minn San Vincenz u ħadd ma nduna ħmistax issa”. Iddikjarat waħda mill-qraba tal-anzjan li x-xahar li għadda ġie rrappurtat nieqes mill-Pulizija wara li ħareġ mir-residenza ta’ San Vinċenz.

Hija kompliet biex tgħid li l-anzjan li jbati bid-dimensja ħadd ma jaf fejn mar jew x’sar minnu iżda huma ma waqfux ifittxuh. Żiedet tesprimi d-dieqa tagħha għall-fatt li l-anzjan spiċċa wieħed mill-persuni li għaddejja t-tfittxija għalihom daqslikieku kien numru.

“Għalina l-fatt li ilu mitluf jew li għadda ż-żmien huwa irrelevant għax aħna ma waqafniex ninkwetaw, infittxu u nhewdnu kuljum. Anke jekk hu mejjet u jinstab inkunu nistgħu nagħmlulu funeral li jixraqlu”, kompliet il-mara.

Hija sostniet li ma jistax dan l-anzjan jintesa’ qisu qatt ma ġara xejn u esprimiet sens ta’ rabja għall-fatt li ħafna nies saru jagħtu iżjed kas meta jintilef xi annimal milli meta jintilef bniedem.

“Dan bniedem li għaddew ħmistax u għadu ma nstabx!”, temmet tgħid din il-mara.

Sport