Sunday, December 22, 2024

“S’issa hemm rieda tajba li jiġu implimentati r-riformi”

Isabelle Bonnici se tkun indisposta għal ftit ġimgħat…

Aqra wkoll

Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia li miet traġikament meta ġġarraf bini f’Kordin, fuq il-midja soċjali kitbet li tinsab fiduċjuża li r-riformi meħtieġa qegħdin isiru.

Omm Jean Paul qalet li se tkun indisposta għal xi ftit ġimgħa biex “kien inkun aħjar inkmplu fejn ħallejna.” Hija kitbet li fil-ħajja hu bżonn li nkunu pożittivi. “Jien irrid nemmen li se naslu biex nimplimentaw ir-rakomandazzjonijiet li ħarġu mill-Inkjesta Pubblika. Jidher li s’issa hemm rieda tajba, issa nisperaw li naslu u kollox jiġi implimentat kif suppost,” kitbet Isabelle Bonnici.

Saħqet li huma se jibqgħu hemm biex jaraw dak li beda jibqa’ sejjer. Irringrazzjat b’mod partikolari lill-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard li qiegħed jieħu ħsieb li dak li wiegħeb isir.

Itemm il-messaġġ tagħha billi tirringrazzja lil dawk kollha li tawha l-appoġġ tagħhom. “Nibgħatilkom tgħannieqa”.

Ekonomija

Sport