Saturday, December 28, 2024

S’issa ‘l fuq minn 200,000 tilfu ħajjithom bil-COVID-19 fl-Istati Uniti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat in-numru ta’ mwiet kawża tal-COVID-19 ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika qabeż il-200,000. Din hija ċifra li ftit kienu jaħsbu li tista’ tintlaħaq. Dan kollu qed iseħħ ftit ġimgħat biss qabel l-elezzjoni presidenzjali li ħafna qed iqisuha bħala referendum dwar il-mod ta’ kif Donald Trump qiegħed imexxi f’din il-kriżi

Esperti li tkellmu mal-midja qalu li din hija ċifra tat-tħassib. Huma qalu li jekk tieħdu medja l-ammont huwa daqslikieku seħħ l-attakk tal-11 ta’ Settembru 2001 kuljum għal dawn l-aħħar 67 ġur- nata. It-total ta’ mwiet huwa bejn wieħed u ieħor daqs il-popolazzjoni totali ta’ Salt Lake City, Utha jew Huntsville, Alabama. 

In-numru ta’ mwiet qiegħed ikompli jiżdied ma’ kull jum li jgħaddi tant li ta’ kuljum qegħdin imutu medja ta’ 770 persuna. L-esperti mill-Università ta’ Washington qegħdin ibassru li ċ-ċifra totali ta’ mwiet se tkun qiegħda tirdoppja sal-aħħar tas-sena u dan hekk kif jiftħu l-iskejjel u t-temp jibda jiksaħ. It-tama jidher li hija kollha fil-vaċċin iżda dan mhux mistenni li jkun lest qabel is-sena li ġejja. 

Ekonomija

Sport