Thursday, April 25, 2024

“Patt inuman … ritorn ta’ immigranti ma jistax jitqies bħala solidarjetà”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn Victor Vella

Il-Kummissjoni Ewropea, ilbieraħ ippubblikat il-Patt dwar l-Immigrazzjoni fejn dak imħabbar qed jitqiesu minn dawk li jaħdmu qrib ir-refuġjati bħala li mhumiex biżżejjed u ma jikkostitwixxi l-ebda bidla. Filfatt, il-politika ta’ fortizza Ewropea, baqgħet hemm, bl-aktar infurzar fil-fruntieri. Il-Kummissjoni Ewropea fil-patt ġdid tagħha qed tabbanduna l-idea li jkun hemm kwoti mandatorji. Il-patt dwar l-immigrazzjoni se jkunu qed jagħtu l-possibilità li l-pajjiżi Ewropej jagħżlu jekk iridux jaċċettaw immigranti. Dawk li ma jkunux iridu jaċċettaw se jkunu jistgħu juru solidarjetà mal-pajjiżi milqutin billi jgħinu lil dawk il-pajjiżi jagħmel id-deportazzjoni.

L-ETUC,  ikkummentat mill-ewwel u ddikjarat li “b’dak imħabbar il-fortizza Ewropea issaħħet aktar. Il-patt tal-Kummissjoni Ewropea imur lil hinn ħafna minn sistema ibbażata fuq solidarjetà u drittijiet umani. Dan hu patt li se jwassal biex nies vulnerabbli jispiċċaw il-faqar u lura f’żoni ta’ kunflitt, xi ħaġa li se togħġob lil populisti”. Saħqet li “dan il-patt hu intiż biex itejjeb ir-relazzjoni bejn il-pajjiżi u mhux iħares lejn il-bżonnijiet tal-immigranti.” L-ETUC tisħaq li “dak li jridu l-ħaddiema fl-Ewropea hu azzjoni fuq rotot legali, li tippreveni milli jkun hemm esplojtazzjoni”

Il-patt jgħid li l-Unjoni Ewropea se tkun qed toffri lill-pajjiż lii jaċċettaw l-immigranti li jkunu salvati fil-Mediterran, €10,000 għal kull adult.  Dawn huma fondi mill-baġit Ewropew.  Biss ebda pajjiż mhu obbligat li jżomm immigranti.

Dan il-patt  hu intenzjonat li jkisser is-sitwazzjoni li ilha tirrenja fl-Unjoni Ewropea fejn tidħol l-immigrazzjoni.   Dawn il-proposti ġodda huma intiżi biex inaqqsu l-pressjoni minn fuq pajjiżi bħal Italja, Spanja, il-Greċja u Malta. 

Il-Kummissarju Ewropew għal Intern, Ylva Johansson qalet li issa l-enfasi hu fuq li jkunu ritornati.  Saħqet li “irridu nitrattaw mas-sitwazzjoni reali.  Ħafna minn dawk li qed jaslu fi xtut Ewropej mhumiex refuġjati.  Żewġ terzi minn dawk li jaslu b’mod irregolari, se jkollhom deċiżjoni negattiva”. 

Permezz ta’ dan il-patt il-pajjiżi  irid jaqblu li jew jieħdu immigranti jew inkella jibagħtu lura lil dawk li l-applikazzjoni ta’ ażil tagħhom tkun rifjutata. 

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, iddeskriviet il-patt bħala “soluzzjoni Ewropea biex iġġib lura il-kunfidenza fiċ-ċittadini”. 

Diversi organizazzjonijiet umanitarji u attivisti għad-drittijiet tal-bniedem iddeskrivew il-patt bħala “diżastruż”.  

Caritas Europa, fost ħafna għaqdiet iddikjarat li “il-patt ġdid fuq l-immigrazzjoni kif imħabbar mill-Kummissjoni Ewropea hu l-bogħod ħafna minn dak mistenni, jiġifieri li jkun hemm aktar politika umana.  Jiddiapjaċina naraw li ‘l-enfasi baqgħet fuq li wieħed iżomm milli ssir l-immigrazzjoni, kontroll mal-fruntieri u ritorn lura lejn il-pajjiżi”.

Eva Cosse, li hi parti minn Human Rights Watch, iddeskriviet il-patt bħala li “iżomm in-nies fil-fruntieri. Qed nistennew bidu ġdid. Hemm bżonn bidla radikali”.

European Trade Union iddikjaraw li “fruntieri aktar b’saħħithom, u ritorn ta’ immigranti ma jistgħux jitqiesu bħala solidarjetà.  It-trade unions jafu x’inhi t-tifsira ta’ solidarjetà. Dak imħabbar mhux solidarjetà”.

Sport