Saturday, December 21, 2024

Sistema ta’ purifikazzjoni tal-ilma fir-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal Unit hemm impjant ta’ Reverse Osmosis li jippurifika l-ilma.

Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara li għamel fir-Renal Unit.

“Għal kull ċiklu ta’ haemodialysis jiġi użat madwar 200 litru ta’ ilma purifikat. U meta tqis li ta’ kull ġimgħa fl-Isptar Mater Dei jsiru 500 ċiklu ta’ haemodialysis, iċ-ċifri li jintużaw kull ġimgħa huma kbar,” qal id-Deputat Prim Ministru.

Apparti l-impjant tar-Reverse Osmosis, fl-aħħar xhur sar investiment fuq magni li jippurifikaw l-ilma portable biex ikunu jistgħu jintużaw fi swali oħra fejn ukoll isiru l-haemodialysis, fosthom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva u fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija.

Fl-aħħar snin sar investiment kbir fir-Renal Unit fejn ġew mibdula l-magni kollha li jagħtu l-haemodialysis għal magni aktar effiċjenti li jħallu inqas strapazz fuq il-pazjenti. Dan it-tkabbir sar b’investiment ta’ €5 miljun.

Ekonomija

Sport