Saturday, May 4, 2024

Sitt destinazzjonijijiet ġodda mill-1 ta’ Lulju; Iżrael jitneħħa mil-lista

Aqra wkoll

L-Italja, Franza Spanja il-Polonja, il-Greċja u l-Kroazja żdiedu mal-lista ta’ pajjiżi li wieħed jista’ jżur mill-1 ta’ Lulju li ġej. Dan filwaqt li d-destinazzjoni ta’ Iżrael tneħħa mil-lista oriġinali.

Xorta jibqgħu fis-seħħ ċerti restrizzjonijiet fir-rigward ta’ wħud mill-pajjiżi li żdiedu mal-lista bħall-Emilia Romagna, Lombardia, u Piemonte fil-każ tal-Italja; Ile de France fi Franza; Madrid, Catalonia, Castilla-La Mancha, u Castile and Leon fi Spanja; u l-ajruport Katowice fil-Polonja.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli saħqet li l-ftuħ tal-ajruport sejkun qed isostni s-settur turistiku u l-ekonomija tal-pajjiż. Hija żiedet tgħid li l-ħidma li saret matul l-aħħar xhur u ġimgħat biex jiġi kkontrollat l-imxija tal-coronavirus wasslet biex Malta tkun meqjusa bħala fost l-aktar destinazzjonijiet siguri.

Iċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia qal li ż-żieda ta’ dawn is-sitt destinazzjonijet ġodda mill-1 ta’ Lulju se jkun qed jippermetti lis-settur tal-ivvjaġġar u lil dak tal-ospitalità biex jibdew jirkupraw dak li tilfu kaġun tal-pandemija.

Huwa żied jgħid li l-MTA se tkun qed tagħmel dak kollu possibbli biex tappoġġja l-istakeholders lokali fl-isforzi tagħhom biex jilħqu mill-ġdid l-influss ta’ viżitaturi li kienu n-norma qabel il-kriżi dinjija.

Sport