Wednesday, July 24, 2024

Sitt elezzjonijiet kruċjali… sfidi kbar fl-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Ninsabu f’sena li fiha se jsiru sitt elezzjonijiet kruċjali. Elezzjonijiet li r-riżultat tagħhom se jkollu impatt fuq ir-residenti Ewropej. Elezzjonijiet li qegħdin isiru fi żmien meta l-Unjoni Ewropea qiegħda tiffaċċja sfidi kbar. Ma’ dawn l-isfidi hemm il-kunflitt fl-Ukrajna u f’Gaża. Dawn huma elezzjonijiet li r-riżultat tagħhom jista’ jwassal għal tibdil drastíku madwarna.

L-elezzjonijiet li se jkollna din is-sena hi dik biex ikunu eletti l-membri Parlamentari Ewropej, u hemm l-elezzjoni għall-President tal-Istati Uniti, fejn hawn qiegħda tissemma, rebħa għar-Repubblikani. F’każ li jseħħ dan din tista’ kun daqqa kbira għall-politika Ewropea fil-konfront tal-Ukrajna. Dan minħabba li fost ir-Repubblikani l-argument li qed isir hu dak ta’ restrizzjonijiet fl-għajnuna militari u finanzjarja lejn Kiev. Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju mistennija jsiru l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, fejn hawn waħda mill-isfidi l-kbar hi dik tal-partit tal-lemin estrem. Elezzjoni oħra se ssir fil-Portugal, fejn hawnhekk tfaċċat l-isfida tal-lemin estrem. Pajjiżi oħra li se jkollhom elezzjoni ġenerali huma l-Belġju u l-Awstrija, b’dan ta’ l-aħħar għandhom l-isfida li jista’ jirbaħ partit estrem. Ma’ dawn imbagħad għandek l-elezzjoni fir-Renju Unit, fejn l-indikazzjoni huma li l-Partit Laburista Ingliż jinsab riesaq lejn rebħa.

Fl-aħħar xhur, l-Unjoni Ewropea u d-dinja b’mod inġenerali kienu affettwati minn diversi kriżijiet. Sitwazzjonijiet li donnhom sa issa għadhom ma tawx dak in-nifs meħtieġ biex għadd ta’ pajjiżi jirkupraw minn sitwazzjonijiet ta’ inċertezza u tensjonijiet li jinsabu fihom. Pajjiżi bħar-Renju Unit, Franza, l-Italja u l-Belġju jfl-aħħar ġimgħat u xhur kienu jinsabu mifnijin b’tensjonijiet anke industrijali, appartati kriżijiet oħra bħall-effett tal-bidla fil-klima, l-effett tal-gwerra fl-Ukrajna, l-ispettur tal-faxxiżmu u r-razziżmu li qed jerfa’ rasu, l-isfidi ambjentali, in-nuqqas ta’ solidarjetà fis-soċjetà tagħna u fuq kollox il-kriżi ta’ politiċi u mexxejja ta’ stoffa li kapaċi jieħdu deċiżjoni. Li ma jimxux mal-kurrent. Li ma jpingux proġetti frivoli u żgħar bħala xi ħaġa kbira u li tieħu prijorità fuq affarijiet aktar importanti. Illum fl-Ewropa jinħass ħafna in-nuqqas ta’ mexxejja ta’ stoffa, nuqqas li qed naraw Unioni Ewropea staġnata u li mhix kapaċi tieħu r-riedni f’idejnha fuq oqsma varji.

Kwistjoniiet li qegħdin iqajmu kwistjonijiet dwar jekk ninsabux resqin lejn sitwazzjonijiet fejn tinħoloq dik li tissejjaħ ‘polycrisis’. Li jfisser li kriżijiet li qegħdin niffaċċjaw illum u riskji tal-futur jingħaqdu flimkien u joħolqu kriżi dinjija b’effetti diżastrużi.

Illum meta țara f’hiex tinsab l-Unjoni Ewropea ma tistax ma tistaqsix fejn huma l-forzi progressivi fl-Ewropa. L-Unjoni Ewropea llum qiegħda tiffaċċja kriżijiet li l-ebda stat Ewropew waħdu ma jista’ watt jiffaċċja waħdu jew jipprova jsolvihom waħdu. Fost dawn il-kriżi tal-bidla fil-klima u l-effetti tagħha. It-telf ta’ biodiversità. Il-gwerra fl-Ukrajna.

Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-politika fiskali li mhi ġenwina xejn. Politika fiskali li tgħin u taġevola kumpaniji u korporazzjonijiet kbar. L-investiment soċjali li tant hu bżonnjuż biex jinħarġu inizjattivi ġodda, għadu wieħed dgħajjef ħafna. Mhux biss, iżda bir-regolamenti ta’ Maastricht, meta d-deficit u d-dejn ta’ pajjiż jaqbżu dak stipulat b’ammont sostanzjali, ikun l-investiment soċjali l-ewwel li jlaqqatha. It-tnaqqqis ta’ fondi għal investimenti soċjali imbagħad ikollu effett fuq settur sħaħ tas-soċjetà.

Quddiem nuqqas ta’ politika fiskali ġenwina fl-Unjoni Ewropea, nemmnu li l-‘investimenti soċjali’ għandhom jiġu skontati mir-regoli tad-defiċit u tad-dejn tat-Trattat ta’ Maastricht. Hu fatt li meta Stat jinvesti fiċ-ċittadini tiegħu, mill-edukazzjoni u l-kura tat-tfal bikrija sax-xjuħi, joħloq klima ta’ impjiegi u produttività li tkabbar id-dħul għall-istess pajjiż.

Ma’ dawn il-kriżi tal-gwerra fl-Ukrajna u n-nuqqas ta’ direzzjoni mill-Unjoni Ewropea fil-qasam dinji. Sa issa l-Unjoni Ewropea għadha ma wasslitx biex tintemm gwerra, jew li twassal liż-żewġ naħat biex jieqfu mill-kunflitt, minkejja li l-kunflitt jinsab fuq l-għatba. Dan ma seħħx minħabba diversi raġunijiet fosthom mexxejja politiċi li mhux kapaċi jwasslu għal soluzzjonijiet u minħabba l-pressjonijiet mill-industriji tal-armi, li sabu art fertili ġdida f’dan il-kunflitt, billi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u oħrajn qed jissupplixxu l-armamenti.Ma’ dawn għandek il-kriżi tal-immigrazzjoni, fejn sa issa l-Unjoni Ewropea minkejja ħafna diskorsi ma rnexxilhiex issib ebda soluzzjoni.

Ma’ dawn il-kriżijiet qegħdin dejjem aktar naraw inkwiet industrijali mhux żgħir f’għadd ta’ pajjiżi, ewlenin fosthom Franza.

U quddiem dawn l-isfidi, iċ-ċittadini jistennew li jkollna Ewropa globali li tkun fuq quddiem u ta’ eżempju fuq bidla fil-klima, drittijiet umani u l-paċi. Nistennew Ewropa Soċjali, li toħloq livill ta’ għixien ġust u ugwali. Fuq kollox nistennew li tkun Unjoni Ewropea umana, u tħares lejn dawk salvati f’nofs ta’ baħar

Ekonomija

Sport