Tuesday, December 24, 2024

Sitt għawwiema Koreani t’Isfel imorru joqogħdu f’lukanda

Aqra wkoll

Sitt għawwiema tal-Korea t’Isfel ħallew il-Villaġġ Olim­piku biex imorru f’lukanda eqreb tal-post tagħhom.

Il-President tal-Federazzjoni tal-Għawm tal-Korea, Chong Chang-hoon, semma’ it-tħassib dwar il-vjaġġ twil lejn La Defense Arena bħala r-raġuni għall-bidla mill- membri tat-team tar-relay tal-irġiel 4×200 metru freestyle tal-pajjiż.

Kim Woo-min u Hwang Sun-woo, tnejn mill-għawwiema nvoluti, ilmentaw dwar il-kundizzjonijiet tax-xarabank fuq vjaġġi li damu ‘l fuq minn 40 minuta. Huma mhumiex waħedhom fost l-għawwiema mhux kuntenti bis-sitwaz­zjoni.

L-għawwiema Awstraljana, Shayna Jack, aktar kmieni fil-ġimgħa poġġiet ritratt fuq il-midja soċjali li juri diversi minn sħabha bilqiegħda fl-art ta’ karozza tal-linja mingħajr arja kundizzjonata waqt vjaġġ ta’ 45 minuta mill-Villaġġ għall-arena.

Il-coach, Rohan Taylor, qal li l-Kumitat Olimpiku Awstraljan ilu jiltaqa’ mal-organizzaturi lokali u mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fuq bażi ta’ kuljum “biex jikseb il-karozzi tal-linja t-tajba bil-kundizzjonijiet it-tajba.”

Il-Villaġġ Olimpiku lejn La Defense Arena huwa sewqan ta’ madwar 12-il kilometru (7.5 mili) iżda Pariġi kienet taħt restrizzjonijiet ta’ sigurtà stretti.

Ekonomija

Sport