Wednesday, April 24, 2024

Sitt ħaddiema tal-minjieri ilhom kważi ġimgħa maqbudin taħt l-art fil-Kolumbja

Aqra wkoll

Disa’ ħaddiema tal-minjieri tilfu ħajjithom fil­waqt li sitta għadhom maqbudin taħt l-art wara sp­lużjoni sotterranja li seħħet f’minjiera tal-faħam ġewwa l-Kolumbja. 

L-isplużjoni seħħet ġim­għa ilu qrib il-belt ta’ El Zulia u aktarx li kienet ikkawżata minn konċentrazzjoni ta’ gass li eventwalment ikkawża nirien u l-kollass tal-minjiera. Il-ħaddiema maqbuda taħt l-art ilhom hemm għal xejn inqas minn sitt ijiem. 

Inizjalment il-ħidma ta’ salvataġġ kienet imxekkla minħabba l-konċentrazzjoni tal-istess gass kif ukoll minn xita qalila li kienet qiegħda tħakem fiż-żona. Fil-preżent hemm xejn inqas minn 70 ħaddiem tas-salvataġġ li qed jaħdmu bla heda biex isalvaw lil dawk li għadhom maqbudin taħt l-art. Għadd ta’ iniġniera qegħdin ukoll jipprovaw jiftħu xaftijiet biex dawk maqbuda jkollhom biżżejjed arja. 

Għall-kuntrarju ta’ ħafna mill-minjieri ġewwa l-Ko­lumbja, din il-minjie­ra kienet qiegħda topera legal­ment. Matul is-sena li għaddiet din il-minjiera kienet ingħalqet minħabba konċentrazzjoni ta’ gass, iżda mbagħad fid-19 ta’ Mejju din kienet ingħatat il-permess mill-awtoritajiet reġjonali biex terġa’ tiftaħ. L-aħħar każ simili ġewwa l-Kolumbja kien dak tal-2021 meta dakinhar kienu tilfu ħajjithom 148 persuna. 

Sport