Saturday, May 18, 2024

Sitt imwiet biss bl-influwenza fl-2016

Aqra wkoll

L-aħħar ċifri tal-Eurostat dwar l-imwiet bl-influwenza fl-istati membri tal-UE juru li kienu biss sitta li mietu f’pajjiżna matul l-2016 bi tlieta kellhom ‘il fuq minn 65 sena biex pajjiżna irreġistra wieħed mill-inqas rati ta’ każijiet fatali.

L-istatistika turi li fit-28 pajjiż membru tal-UE, inkluż ir-Renju Unit li llum m’għadux jiġi meqjus membru, l-ammont ta’ mwiet laħaq  l-4,729 bi 3,215 jaqbżu l-65 sena.

Kif mistenni l-influwenza laqtet aktar lil persuni li għandhom 65 sena jew aktar b’34 mewt għal kull miljun abitant mentri fost dawk taħt il-65 sena kienet ta’ tliet persuni biss għal kull miljun ċittadin.

Waqt li dik fost il-persuni taħt il-65 sena kienet konsistenti bejn l-2012 u l-2016, fost dawk li għandhom iktar minn 65 sena rat żieda kbira bejn l-2014 u l-2015 imbagħad tnaqqis ta’ kważi n-nofs bejn l-2015 u l-2016.

Sport