Tuesday, December 24, 2024

Sitt każijiet ġodda ta’ Covid-19 … 350 persuna talbu għall-għajnuna minħabba ansjetà

Aqra wkoll

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charamaine Gauci ħabbret sitt każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna biex b’hekk in-numru totali tela’ għal 399 persuna infettati.

Sitt każijiet ġodda

-Raġel mill-Bangladesh ta’ 18-il sena
-Raġel mill-Eritrea ta’ 26 sena 
-Raġel ieħor ta’ 19-il sena li kien ġie mis-Senegal.

-Malti ta’ 21 sena li beda bis-sintomi fit-12 ta’ April. Dan huwa każ ta’ contact tracing ta’ każ li tħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa.
-Mara Għawdxija ta’ 38 sena li bdiet bis-sintomi fit-13 t’April. Hija taħdem f’lukanda u għaddejja contact tracing tal-kollegi tagħha. Mhux biss, saret disinfetazzjoni tal-post biex jitnaqqas kull riskju ta’ tixrid tal-virus.
-Raġel Malti ta’ 60 sena li beda bis-sintomi fl-14 t’April. Dan ir-raġel jaħdem f’entita tal-gvern u għalhekk qed isir contact tracing.

Il-Professur Charmaine Gauci fakkret li dawn in-numri baxxi ma jfissru xejn. Spjegat li minħabba din is-sitwazzjoni hemm ħafna persuni li qatt ma esperjenzaw ansjetà qabel, iżda issa minħabba l-kundizzjonijiet li jeħtieġ li ngħixu fihom dawn il-persuni żdiedu.

Gauci ħabbret li kemm ilu li tnieda l-helpline ta’ 1770 li qiegħed hemm 24 siegħa kuljum b’nies professjonisti li s’issa għenu madwar 350 persuna li ċemplu għall-għajnuna.

Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Gauci għamlitha ċara li minkejja li hija xi ħaġa pożittiva li n-numri fl-aħħar jiem baqgħu baxxi, jeħtieġ li nibqgħu nosservaw il-miżuri għax jista’ jkun hemm każi li għal xi raġuni mhux qed jaslu fost dawn dawk li qed jibżgħu jmorru jagħmlu t-test.

Rigward sitwazzjonijiet fil-bajjiet, Gauci qalet li kien hemm persuni li ddeċidew li jmorru fuq bajjiet biex joħorġu, anke jekk bil-ħsieb li josservaw il-miżuri tad-distanza soċjali, sabu ma’ wiċċhom bajjiet miżgħudin bin-nies.

Dwar it-trabi, Gauci qalet li iva dawn qed jitqiesu bħala vulnerabbli għax skont riċerka hemm trabi li jekk jaqbadhom jista’ jkun hemm kumplikazzjonijiet.

Ekonomija

Sport