Monday, December 23, 2024

Sitt każijiet ġodda ta’ Covid-19 … Total ta’ 384 persuna infettati

Aqra wkoll

Gauci tagħmilha ċara li ma nistgħux nillaxkaw minkejja li n-numru jista’ jidher żgħir ma nistgħux nillaxkaw u noħorġu bla bżonn

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret li lbieraħ saru 1008 swab tests u minnhom kien hemm sitt persuni li rriżultaw pożittivi. B’hekk it-total ta’ każijiet konfermati f’pajjiżna tela’ għal 384. Gauci kkonfermat ukoll li s’issa saru ‘l fuq minn 18,000 swab test.

Konfermati sitt każijiet ġodda:

-Mara Norveġiża ta’ 40 sena li hija residenti f’pajjiżna. Hija bdiet bis-sintomi fl-24 ta’ Marzu. Vantaġġ ta’ każ kontrollat għax il-mara ma kellhiex kuntatti għax kienet qed taħdem b’sistema ta’ telework.
-Raġel min-Nepal ta’ 34 sena li jaħdem fil-komunità. Hu beda bis-sintomi fl-4 ta’ April. Qed isir contact tracing fil-post fejn jgħix u fuq il-post tax-xogħol. Fil-post fejn jgħix kien hemm 10 min-nies li jgħixu flimkien għalhekk qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji. 
-Immigrant mill-Marokk li jgħix f’Ħal Far.
-Raġel Malti ta’ 59 sena li beda bis-sintomi fl-10 ta’ April. Qed issir investigazzjoni fil-post tax-xogħol u l-familja tar-raġel imsemmi.
-Malti ta’ 32 sena li beda bis-sintomi fit-8 ta’ April. Jinsabu għaddejjin bil-contact tracing ma’ tnejn min-nies li jaħdmu miegħu u żewġ membri oħra tal-familja tiegħu.
-Raġel Malti ta’ 34 sena li beda bis-sintomi fid-9 ta’ April. Qed isir contact tracing fejn tpoġġew ħames persuni kollegi tiegħu fi kwarantina u xi membri tal-familja tiegħu.

Gauci qalet li minkejja li dan in-numru jidher żgħir però rridu nżommu f’moħħna li dawn il-każijiet għad iridu jiżdiedu. Spjegat li rridu nibqgħu attenti, kemm jista’ jkun nibqgħu ġewwa, tkompli tintuża s-sistema tat-telework u kemm jista’ jkun nipproteġu l-vulnerabbli biex ma jiġux f’kuntatt ma’ dan il-virus.

Ekonomija

Sport