Thursday, December 26, 2024

Sitt trabi tat-twelid vittmi ta’ nirien fi sptar tat-tfal fl-Indja

Aqra wkoll

Mill-inqas sitt trabi tat-twelid mietu wara li nhar is-Sibt filgħaxija, sptar tat-tfal fl-Indja nħakem minn nirien kbar. Dan ġie kkonfermat minn diversi uffiċjali tat-tifi tan-nar, li kienu preżenti fuq il-post .

F’kumment lill-mdja, il-Kap tat-Tifi tan-Nar, Atul Garg qal li meta qabad l-isptar, b’kollox kien hemm tnax -il tarbja tat-tweld u li minnhom irnexxielhom isalvaw biss sitta.

Huwa żied jgħid li fost dawk it-trabi li salvaw, tarbija minnhom tinsab fil-periklu tal-mewt. Dan filwaqt, li l-ħamsa l-oħra qegħdin jirċievu attenzjoni medika minn diversi professjonisti.

Atul spjega li t-trabi salvati għadhom ma ġewx identifikati, minħabba li l-awtoritajiet għadhom jridu jsibu r-rekords tat-twelid. Ingħad li sa issa għadu mhux ċar jekk dawn ir-rekords tat-twelid inħarqux ukoll.

Din mhijiex l-ewwel darba, li kien hemm sptar tat-tfal fl-Indja li ħa in-nar u konsegwenza ta’ hekk mietu xi trabi tat-twelid. Dan hekk kif lura għall-2021, mietu għaxar t’itrabi tat-twelid hekk kif l-Isptar li jinsab fil-Punent tal-Indja kien inħakem minn nirien kbar.

Ekonomija

Sport