Wednesday, April 24, 2024

Sitt xhur ħabs talli ħarab minn ċentru ta’ detenzjoni

Aqra wkoll

Eġizzjan ta’ 37 sena kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li ħarab miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi.

Adel Hassan Saad ammetta li wettaq dan ir-reat fil-lejl ta’ bejn l-10 u l-11 ta’ Settembru li għadda.

Immigrant ieħor, Mohammed Yousef Ahmed Bushra li huwa Sudaniż ta’ 32 sena, ukoll kien akkużat li ħarab mill-istess ċentru imma wieġeb mhux ħati.

Huwa oġġezzjona għall-proċeduri li nfetħu kontrih u nsista li bħala persuna li kienet qed tfittex l-ażil ma setax jitressaq fil-Qorti akkużat b’ħarba meta huwa ma jridx imur fil-pajjiż fejn qed jintbagħat.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace nfurmatu li l-każ dwar il-ħarba kien se jinstema quddiem maġistrat ieħor u seta jqajjem l-ilmenti tiegħu hemm.

Iż-żewġ immigranti tressqu fil-Qorti mill-Ispettur Janetta Grixti u kellhom jiddefendihom lill-Avukat Noel Bartolo.

Sport