Saturday, December 21, 2024

Sitt xhur ħabs wara li pprova jitlaq mill-pajjiż b’dokument falz

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Marokk kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li uża karta tal-identità falza biex jaħrab mill-pajjiż.

Osama Gushgel kien mixli li pprova jagħmel użu minn dokument falz sabiex jaqbad titjira lejn Bergamo.

Fil-Qorti nstema’ kif Gushgel kien arrestat u interrogat fejn ammetta li kien xtara l-karta tal-identità Belġjana għal €300 mingħand individwu Tork, waqt li kien qed jipprova jitlaq minn Malta.

Il-prosekuzzjoni u d-difiża qablu li l-akkużat għandu jingħata sentenza minima għax ikkopera mal-pulizija. Il-Maġistrat Gabriella Vella kkundannat lil Gushgel għal sitt xhur ħabs.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Karl Roberts filwaqt li l-avukat Martha Mifsud dehret għall-imputat.

Ekonomija

Sport