Monday, May 20, 2024

Inċident b’double-decker fit-Tajlandja jħalli 14 mejta

Aqra wkoll

Erbatax-il persuna tilfu ħajjithom fit-Tajlanda wara li t-Tnejn filgħaxija double-decker ħarġet mil-linji u baqgħet dieħla f’siġra. Qed ikun irrapportat li 32 persuna oħra weġġgħu f’dan l-inċident li seħħ f’Prachuap Khir Khan, provinċja kostali li tinsab fin-naħa t’isfel tal-pajjiż.

It-Tajlandja għandha waħda mill-ogħla rati ta’ inċidenti fit-toroq fid-dinja, li jwasslu għal eluf ta’ mwiet kull sena. Ħafna jattribwixxu dan għan-nuqqas ta’ standards ta’ sigurtà fit-toroq li huma l-aktar traffikużi fil-pajjiż.

Matul is-sena li għaddiet, 15,000 persuna tilfu ħajjithom f’inċidenti tat-traffiku fit-Tajlandja. Il-kawża tal-inċident tat-Tnejn li għadda għadu ma ġiex ikkonfermat, iżda l-pulizija qiegħda tissuspetta li x-xufier seta’ ma kienx raqad biżżejjed.

Għalkemm ġarrab ġrieħ gravi, ix-xufier rnexxielu jsalva. L-awtoritajiet qegħdin ukoll jiċċekkjaw il-livell ta’ alkoħol tiegħu filwaqt li l-pulizija għadhom qegħdin jistabbilixxu l-identità tal-persuni li mietu f’dan l-inċident.

Prachuap Khiri Khan hija famuż mat-turisti għall-bajjiet, l-għerien u l-mixjiet f’dawn l-inħawi.

Sport