Thursday, December 26, 2024

Sitwazzjoni kumplikata fl-ajru fiċ-ċentru tal-Mediterran … tħassib għal diversi ajruplani militari

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem kien hemm tħassib minn sorsi tal-avjazzjoni f’Malta minħabba dik li qed titqies bħala ‘sitwazzjoni ikkumplikata fl-ajru fiċ-ċentru tal-Mediterran”.  Dan it-tħassib hu għal fatt li fl-aħħar jiem fl-ispazju tal-ajru fiċ-ċentru tal-Mediterran kien hemm titjiriet li “tqiesu bħala mhux tas-soltu” minn ajruplani militari.

L-istess sorsi qalulna li “fost il-missjonijiet strambi li ġew irrekordjati kien hemm  missjonijiet mill-Qawwa tal-Ajru Torka, fejn għal xi ħinijiet dehru jittajru żewġ ajruplani tat-tip Lockheed C-130.  Dan niżlu fl-ajruport ta’ Misrata. Wara ittajjar ajruport ieħor tat-tip C-130 u dan ukoll niżel f’Misrata. Dawn l-operazzjoni tqiesu bħala mhux tas-soltu għax qatt ma ġew irrekordjati tlett titjiriet mit-Turkija lejn Misrata f’ġurnata waħda. 

Interessanti kien il-fatt, li apparti l-preżenza militari Torka, fl-istess żona ittajjar  ajruplan tal-Qawwa tal-Ajru Taljana, u ieħor tan-NATO. Aktar tard, meta l-ajruplani Torok reġgħu taru fi triqithom lejn it-Turkija ittajjar ajruplan tal-Qawwa tal-Ajru Griega, għalkemm mhux magħruf x’kienet l-intenzjoni ta’ din it-titjira.

Ekonomija

Sport