Tuesday, December 24, 2024

Skandlu sesswali f’ordnijiet Kattoliċi fil-Ġermanja … 1,400 żagħżugħ jallegaw li ġew abbużati sesswalment

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mijiet ta’ patrijiet, sorijiet u membri oħra ta’ għaqdiet Kattoliċi kienu akkużati li abbużaw sesswalment minn tfal u żgħażagħ fil-Ġermanja.  Dan ħareġ minn studju li għadu kif sar fost għaqdiet reliġjużi fil-Ġermanja.

Stħarriġ li saru dwar abbużi sesswali f’ordnijiet reliġjużi sab li xejn inqas minn 1,412 persuna avviċinaw organizazzjonijiet u allegaw li huma kienu ġew abbużati sessswalment meta kienu tfal jew żgħażagħ.

Din ir-riċerka ġiet ippubblikata fl-aħħar jiem u saret mill-grupp ta’ mexxejja ta’ ordnijiet reliġjużi (DOK). Dan il-grupp irrikonoxxa it-tbatija li dawn għaddew minnha u l-falliment biex is-sitwazzjoni tiġi rranġata. 

Irriżulta li xejn inqas minn 654 f’qassisin, patrijiet u sorijiet kienu akkużati b’abbuż.  Tmenin fil-mija tal-vittmi kienu subien waqt li 20 filmija kienu bniet.

Irriżulta ukoll li ħafna minn dawk li allegatament abbużaw illum huma mejtin. Filfatt 80 fil-mija instab li mietu waqt li 37 reliġjuż li kienu akkużati telqu mill-ordnijiet reliġjużi li kienu jappatjenu għalihom. 

Xi wħud mill-allegazzjonijiet imorru lura għas-snin ħamsin u sittin meta ħafna skejjel kienu mmexxijin minn qassisin u sorijiet.

Waqt li l-istħarriġ se jkun disponibbli għall-Pulizija għal aktar stħarriġ,  iċ-Ċerpersin ta’ DOK, Katharina Kluitmann iddikjarat li “iva qassisin u sorijeit fil-kommunitajiet ikkommettew abbużi esswali f’diveris forom.”

Ekonomija

Sport