Monday, December 23, 2024

Skejjel u kulleġġi f’Delhi jingħalqu hekk kif il-kwalità tal-ajra tkompli tiddeterjora

Aqra wkoll

L-awtoritajiet ġewwa l-kapitali Indjana Delhi ordnaw l-għeluq tal-iskejjel u kulleġġi għal perjodu indefinit hekk kif il-livelli ta’ tniġġis fl-arja komplew jiggravaw. Apparti hekk, ix-xogħol ta’ kostruzzjoni – apparti dak fuq proġetti ta’ trasport u difiża –  ġie mwaqqaf sal-21 ta’ Novembru li ġej. L-awtoritajiet qalu wkoll mill-11-il impjant tal-enerġija qegħdin joperaw biss ħamsa. Dawn il-powerstations jaħdmu bil-faħam.

Il-livelli ta’ tniġġis fl-ajra magħruf bħala PM2.5 – li huma partiċelli żgħar li jistgħu jidħlu fil-fond ħafna fil-pulmun tal-bniedem – huma ħafna ogħla minn dak meqjus bħala sigur mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). F’ċertu partijiet tal-belt il-livelli ta’ PM2.5 huma kważi 400, jew saħanistra iktar. Din hija meqjusa bħala “sitwazzjoni severa”. Skont il-linji gwida tal-indiċi tal-kwalità tal-arja, livelli bejn żero u 50 huma meqjusa bħala “tajba”, filwaqt li bejn 51 u 100 huma “sodisfaċenti”.

Jeżistu numru ta’ fatturi li jagħmlu lil Delhi waħda mill-iktar bliet imniġġsa fid-dinja. Fost dawn hemm l-ammont kbir ta’ karozzi u l-emissjonijiet mill-industrija. Tipikament il-kwalità tal-arja f’din il-belt tiddeterjora ħafna fix-xhur xitwin meta fl-istati qrib din il-belt il-bdiewa jibdew jaħarqu l-ħaxix ħażin fl-għelieqi tagħhom. Apparti hekk, il-logħob tan-nar li jsir fil-festa kbira ta’ Diwali jkompli jiggrava s-sitwazzjoni.

Ekonomija

Sport