Saturday, December 21, 2024

Skema għax-xiri ta’ vetturi tal-bini li jniġġsu anqas

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Gvern nieda skema ġdida għax-xiri ta’ vetturi ġodda tal-bini li jniġġsu inqas b’kull benefiċċjarju jista’ jibbenefika sa €200,000.

Kien il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri li ħabbar kif l-iskema hija ntiża biex jinbidlu l-vetturi eżistenti.

L-għajnuna finanzjarja tkopri sa 40% tal-ispejjeż u s-sidien tal-vetturi tal-bini jridu jippreżentaw lill-Malta Enterprise ċertifikat li l-makkinarju jkun tneħħa.

Il-benefiċċjarji jirċievu appoġġ ieħor ta’ 20% jekk il-makkinarju jew tagħmir ġdid jitħaddem b’magna elettrik jew 10% jekk il-magna tkun ibrida

Schembri sostna li l-industrija tal-bini kibret b’mod qawwi u għalhekk jeħtieġ li l-pajjiż jara li dan isir bl-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent.

Ekonomija

Sport