Wednesday, April 24, 2024

Iben Donald Trump ukoll kellu l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-tifel tal-President Amerikan Donald Trump, Barron li għandu 14-il sena, kien ukoll infettat bil-virus Covid-19. Dan żvelatu l-First Lady Melania Trump. 

Meta kienet qiegħda titkellem mal-midja Melania qalet li “l-biża’ tagħha sar realtà” meta saret taf li binha hu infettat. Hija żiedet tgħid li “fortunatament Barron  huwa żagħżugħ b’saħħtu u ma kien qiegħed juri l-ebda sintomi”. 

Kemm il-President u anke l-first lady kienu ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 – flimkien ma’ għadd ta’ ħaddiema oħra tal-White House – iżda issa jidher li rkupraw. 

Intant, sondaġġi li saru dwar l-opinjoni pubblika qabel l-elezzjoniji presidenzjali qed juru li Joe Biden qiegħed f’vantaġġ, iżda l-vantaġġ hu wieħed min- imu ħafna fl-iktar stati im- portanti. 

Biden ilu minn nhar l-Erbgħa ma jkollu avveniment pubbliku. L-uniku avveniment li kellu dan l-aħħar kien attività ta’ ġbir ta’ fondi li saret b’mod virtwali. 

Sport