Saturday, October 26, 2024

Skema ta’ €2 miljun għan-negozji żgħar u medji

Aqra wkoll

In-negozji żgħar u medji se jkollhom l-opportunità jagħmlu użu minn €2 miljuni f’fondi Ewropej. Permezz ta’ dawn il-fondi huma se jkunu jistgħu jixtru makkinarju jew tagħmir.

Din l-iskema li se tiftaħ fl-1 ta’ Frar 2023, se tkun qed tieħu post skemi eżistenti li se jagħlqu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, mill-programm ta’ fondi 2014-2020. Dan tħabbar waqt konferenza stampa mill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Silvio Schembri qal li madwar 95% tan-negozji f’Malta bejniethom iħaddmu madwar 140,000 persuna. Hu spejga li dawn il-fondi huma bżonjużi għan-negozji sabiex ikunu iktar effiċjenti.

“Nafu li ħafna negozji ma japplikawx għall-fondi Ewropej minħabba l-proċess twil u burokratiku. Iżda din l-iskema se tkun qed tiġi simplifikata biex aktar negozji jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha,” temm jgħid il-Ministru Schembri.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li dan l-investiment ta’ €2 miljuni ġejjin minn Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Hu qal li dan il-Gvern dejjem ħadem favur in-negozji u se jkompli jaħdem u jinvesti f’intrapriżi u negozji żgħar.

Sport