Skier li kien involut f’inċident fatali ma’ tifla ta’ ħames snin fl-Alpi Franċiżi tpoġġa taħt investigazzjoni.
Fil-ħin tal-inċident it-tifla Ingliża kienet qiegħda tieħu sehem f’lezzjoni tal-iskiing ġewwa Flaine f’Haute-Sovoie. Hija rċeviet għajnuna immedjata fuq il-post mir-raġel li laqatha hekk kif dan huwa pumpier li jaħdem b’mod volontarju. Ġara iżda li sfortunatament it-tifla tilfet ħajjitha abbord il-ħelikoper fi triqtiha lejn l-isptar.
Ir-raġel involut fil-każ – li għandu fuq l-40 sena – possibbilment se jkun qiegħed jiġi mixli bi qtil involontarju. Apparti hekk, fil-preżent dan l-individwu jinsab taħt osservazzjoni u għalhekk għandu l-moviment tiegħu ristrett.
It-tifla kienet parti minn grupp ta’ ħamsa li kienu qegħdin jirċievu taħriġ minn persuna kkwalifikata f’żona ideali għal dawk li ftit li xejn ikollhom esperjenza f’dan l-isport.