L-MPS iddibattew mijiet ta’ emendi matul diversi sessjonijiet maratona hekk kif il-leġiżlazzjoni proposta, separata minn dik li qed tiġi diskussa f’Westminister, għaddiet mill-parlament Skoċċiż.
Jekk tiġi approvata, l-abbozz tal-ewtanasja għal adulti morda terminalment (fl-Iskozja) jippermetti lil dawk li għandhom 18-il sena jew aktar b’kapaċità li jieħdu deċiżjonijiet u li ngħataw sitt xhur jew inqas biex jgħixu l-opportunità li jfittxu għajnuna medika biex jiġu ewtanizzati.
Il-vot finali mistenni jsir għall-ħabta tal-10:00 p.m.

