Sunday, December 22, 2024

Sliem,  Joe

Aqra wkoll

Lil Dr Joe Brincat għadni niftakru meta kien Deputat Mexxej tal-PL fi żmien Alfred Sant. Li bqajt skantajt kien li żamm il-karateristiċi u l-prinċipji tiegħu b’mod sod sa l-aħħar.  Ħaġa li ftit issemmiet kienet,  li Joe mexa maż-żmien għaliex  mhux talli mexa għad-dinja diġitali, imma naħseb wieħed mill-aktar persuni li l-kitba tiegħu fuq Facebook kienet tinqara f’Malta.  

Imma l-aktar karateristika tiegħu kienet li kien bniedem li juża l-liġi biex juri l-bażi tal-argumenti tiegħu mingħajr ma jattakka jew iħammeġ il-personalita’ ta’ dawk li jkun qed jikritika l-argumenti tagħhom.  Din hi xi ħaġa li tidistingwieh minħabba li l-Facebook illum qed jintuża minn politikanti oħra biex iħamġu u jkissru lil min ma jabilx magħhom.

Il-Bżonn li nnaqqsu l-gideb u niżviluppaw

Is-soċjeta’ Maltija żviluppat sew dawn l-aħħar snin. Biss xorta żammejna affarijiet oħra li huma negattivi fosthom li naqilgħu u nxerrdu affarijiet negattivi fuq nies li m’għandniex grazzja magħhom . Ħaġa oħra hi, li mhux biss nikkritkaw kull ħaġa li jagħmel dak li ma jaqbilx magħna imma li nħawdu l-affarijiet biex niggravawhom. L-affarijiet illum iggravaw ħafna minħabba s-social media. Dan l-aktar li llum qed isir hu fuq l-affarijiet li jagħmel il-gvern għaliex hu gvern Laburista. 

Kien għalhekk li kont sodisfatt meta s-sur Jesmond Bonello ddeċieda li jitlob investigazzjoni fuq dak li ntqal fuq il-proġettli ser isir f’Forti Chambray. Dan kien pass importanti għaliex illum wasalna f’pożizzjoni fejn dak li jgħidu n-nazzjonalisti, ikun xi jkun, mhux talli jinfirex mill-gazzetti, websites u l-Facebook, imma ma jittieħdu l-ebda passi legali kontra tagħhom. Sitwazzjoni li se ġġib li s-saltna tad-dritt tapplika biss għal-Laburisti.

Biss l-investigazzjonijiet għandhom isiru meta persuna jressaq raġunijiet ibbażati fuq fatti. Illum sirna li ħafna investigazzjonijiet li jsiru kontra l-Laburisti huma biss ibbażati fuq dak li jkun inxtered u mhux fuq fatti.

Hu għalhekk li nemmen li meta talba għall-investigazzjoni ma ssirx fuq xi fatti, din għandha tiġi miċħuda u jekk tkompli tixxandar u ma tġix irtirata għandhom jittieħdu passi legali. Mhux hekk biss, imma min jaqla’investigazzjoni u wara jinstab li ma hemmx bażi fuq dak li ntqal biex issir l-investigazzjoni, għandu jeħel multa u jgħati kumpens lil min ħammeġ. B’hekk in-nies jibdew joqogħdu attenti qabel ma jaqilgħu affarijiet fuq ħaddieħor.

Il-Banek Maltin

Dan l-aħħar ġie rrappurtat li 7 minn kull 10 Maltin qed jużaw il-Bank Revolut li fl-UE hu reġistrat fil-Litwanja. Jekk dan ma juri xejn, juri li għall-maġġoranza tal-Maltin, is-servizz li joffri Revout hu aħjar minn tal-banek Maltin.

Dan il-fatt li ilu jintwera. Għadni niftakar li waqt l-Għaqda tal-Konsumaturi kien ikollna tgergir mill-konsumaturi Maltin. L-aktar li kienet iddejjaqhom kien il-bank charges li kienu għollew fi żmien il-pandemijja.  Konna ressaqna ilment mad-Direttorat tal-Kompetizzjoni tal- MCCAA .  Biss s’issa dan id-Direttorat minkejja li għaddew aktar minn sentejn għadu ma ħaxx deċiżjoni.

Ilment ieħor kien il-burokrazija esaġerata. Veru li ħafna mir-regolament ikunu ġejjin mill-UE, imma fattur li l-banek Maltin ma jagħtux kas hu l-prinċipju ta’ proporzjonalita’. Il-banek Maltin għandhom tendenza li sew jekk hemm somma ta’ 10 centeżmi u sew jekk hemm 100,000 euro involuti, ir-regolamenti jiġu applikati b l-istess mod.  Il-burokrazija esaġerata mhux qed tolqot lin-nies mill-banek biss, imma minn ħafna istituzzjonijiet finanzjarji, sew privati u pubbliċi.

Fattur ieħor kien li l-lingwa li tintuża mill-banek. Konsumatur jiġi pprovdut b’ħafna regolamenti li huma miktuba b’mod  tekniku li l-maġġoranza tal-Maltin ma jifhmux. 

Dan il-fattur tar-Revolut għandu jiġi interpretat li hemm bżonn li sew kemm l-banek kif ukoll  l-awtoritajiet regolatorji involuti, inklużi l-MFSA u l-Bank Ċentrali, għandhom jagħmlu stħarriġ biex ikollhom indikazzjoni ċara tal-affarijiet li qed jimbuttaw il-konsumaturi lejn banek oħra. 

L-isports

L-isports, mhux biss għandu jintuża biex titjieb il-kundizzjoni fiżika u mentali tal-individwi imma hu opportunita’ fejn nies b’ideat differenti jiltaqgħu ma xulxin.  Dan mhux biss fattur importantif’kull komunita’ fejn minkejja l-kompetizzjoni li tinħoloq bejn l-isportivi hi ukoll opportunita’ li jidraw li jaħdmu flimkien bħala tim minkejja l-ideat u l-ħiliet differentili li jkollhom  f’kull sport.

Sfortunatament, l-isports speċjalment fuq livell internazzjonali aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jitlef l-opportunita’ li joħloq sfera fejn il-kompetituri, minkejja li huma kompetituri ma xulxin, inressquhom aktar lejn xulxin. Dan isir billi kulħadd iressaq l-ideat tiegħu ‘l quddiem u tinħoloq opportunita’ biex jibdew jisimgħu opinjonijiet differenti minn tagħhom.  Hu b’hekk li d-dinja tingħaqad bħala komunita’ waħda għax tgħix fl-istess dinja.

Hu ta’ dispjaċir li tisma’ ċerta affarijiet.  Per eżempju, filwaqt li hemm protesti biex ir-Russi, għaliex pajjiżhom invada lill-Ukranja, ma jitħallewx jipparteċipaw, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-Iżrael invada u qatel madwar 40,000 Palestinjan, ma ssir l-ebda protesta. Dan qed jimbotta aktar ‘il bogħod lir-Russi – xi ħaġa li tressaqna lejn gwerra kbira. 

Min-naħa l-oħra, ma naqbilx ma ċerta użanzi li deħlin. Użanza tajba li kienet daħlet, kienet li meta għandek żewġ sportivi jikkompetu ma xulxin, wara jieħdu b’idejn xulxin. Din bdiet tinqata’ fit-tennis meta kompetituri Ukranji ma bdewx jieħdu b’idejn il-kompetitur jekk dan ikun Russu. Issa smajna li f-Olimpjadi li qed isiru fi Franza, il-Palestinjani li qed jikkompetu dirett ma’ xi Iżraeljan ingħataw direzzjoni biex ma jieħdux b’id il-kompetitur. 

Għadna ma nistgħux nifhmu li sew ir-Russi u l-Ukranji u sew l-Iżraeliti u l-Palestinjani, jgħaddi kemm jgħaddi żmien u jiġri x’jiġri, xorta ser jibqgħu ġirien ta’ xulxin. U bħal ġirien, iridu jifhmu lil xulxin u jsibu soluzzjoni fid-differenzi li għandhom biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja tajba fil-paċi, minkejja d-differenzi li għandhom.

Ekonomija

Sport