Sunday, November 24, 2024

Sliema Wanderers ikomplu għaddejjin

Aqra wkoll

Sliema W.  ………….1

Balzan …………………0

Sliema Wanderers komplew għaddejjin bil-mument ferm pożittiv tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Balzan bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal tant importanti għalihom jasal wara biss erba’ minuti.

B’din ir-rebħa, il-Wanderers qabżu waħedhom fit-tielet post, tliet punti fuq Marsaxlokk li lagħbu partita inqas.

Min-naħa tagħhom, Bal­zan baqgħu tliet punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni … bil-periklu jinsab fuq ix-xefaq għalihom.

Kienet rebħa meritata għall-Wanderers hekk kif kienu superjuri territorjalment għalkemm il-Balzanin kellhom ukoll il-mumenti tagħhom. 

Il-Wanderer fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta SAMUEL GOMES DA MATA, mill-viċin tefa’ ġewwa.

Balzan irrispndew fid-19-il minuta meta Ryohei Michibuchi kellu t-tenattiv jintemm għoli.

Fil-41 minuta, Sliema Wanderers kellhom ċans tajjeb li jirduppjawmeta Samuel Gomes Da Mata għadda lejn Denis Kouao, b’dan ikollu t-tentattiv tie­għu mtajjar f’corner fil-ħinmid-difiża Balzanija.

Is-Slimiżi komplew fuq l-offensiva u fil-65 minuta, xutt qawwi ta’ Denis Kouao għadda għoli.

Wara din l-azzjoni, ir-ritmu bħal donnu naqas biex it-team immexxi mill-coach, Paul Zammit, għaraf jamministra l-vantaġġ minimu sa tmiem il-partita.

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 9-Vito Plut (70-Lydon Micallef 90), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 18-Edmond Agius (8-Mark Scerri 76), 20-Denis Kouao, 21-Neil Frendo, 25-Joachim Adukor, 33-Geoffrey Edwin Acheampong (77-Mohamed Awad 83), 39-Samuel Go­mes Da Mata (6-Joseph Minala 76) Coach: Paul Zammit

Balzan: 99-Danilo Go­lo­vic, 2-Ivan Bozovic (23- Nikola Zerjal 46), 4-Andre Prates, 5-Samir Arab (11-Benjamin Hili 83), 6-Marcus Grima (22-Jake Grech 58), 8-Paul Fenech, 14-Dimeji Awosanya (80-Peter Olawale-58), 18-Ryohei Michibuchi, 21-Aleksandar Katanic, 27-Momcilo Raso, 77-Aleksa Andrejic (24-Nikola Braunovic-69) – Coach: Oliver Spiteri

Referee: Glen Tonna

Ass. Referees: Mitchell Scerri, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Fyodor Zam­mit

Skorer: S. Gomes Da Mata 4 (S)

Ammoniti: G. Alcino, D. Kouao, J. Adukor, G. E. Acheampong

Sport