Naxxar Lions …………..1
Sliema Wanderers …..4
Sliema Wanderers komplew jikkonvinċu biex għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 4-1 biex taw l-ewwel telfa lil Naxxar wara tmien partiti.
Mal-kwarta logħob, is- Slimiżi fetħu l-iskor meta d-difiża Naxxarija naqset milli tikklerja l-ballun li finalment intemm għand EDMOND AGIUS li wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper, Matthias Debono, ma żbaljax.
Fis-37 minuta Naxxar qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħabu b’10 players wara li tkeċċa William Moreida Da Silva permezz ta’ karta ħamra diretta il-player
Tliet minuti fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Sliema, irdoppjaw meta Edmond Agius għadda lejn VITO PLUT li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxaxr ħarġu ferm aggressivi u fl-54 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta De Sousa serva lil NIKOLAI MICALLEF li mill-viċin ma żbaljax.
Iżda l-Wanderers reġgħu kabbru l-vantaġġ għal żewġ goals ħames minuti wara meta l-attakkant mill-Ghana, GEOFFREY EDWIN ACHEAMPONG, minn pożizzjoni angolata għeleb għal kollox lil Debono.
Fit-68 minuta, Sliema issiġillaw ir-rebħa meta Myles Beerman għadda lejn GEOFFREY EDWIN ACHEMPONG li permezz ta’ xutt qawwi minn barra l-kaxxa tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 5-Fernando Barbosa (4-Ryan Mercieca 80), 8-Neil Pace Cocks (14-Ayrton Senna Azzopardi 80), 9-Pablo De Carvalho, 10-Edson Cerqueira Farias (7-Mark Fenech 76), 15-Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamaguchi (18-Joel Ellul 58), 20-Elizeu Da Conceaiaco (23-Maicon De Souza Da Silva 46), 22-William Moreira Da Silva, 33-Joao Vitor Cardoso – Coach: George Vella
Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi (1-Timmy Aquilina 81), 2-Jean Borg, 9-Vito Plut, 11-Myles Beerman (55-Israel Duarte Dos Santos 81), 18-Edmond Agius (77-Mohamed Abdulahi Awad 76), 20-Denis Koauau (70-Lydon Micallef 76), 21-Neil Frendo, 25-Joachim Adukor, 31-Henrique Freire, 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 39-Samuel Gomes Da Mata (7-Jake Engerer 76) – Coach: Paul Zammit
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti: Alan Camilleri, Mark Ciantar
Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia
Skorers: E. Agius 15, V. Plut 48, G. E. Acheampong 59, 69 (S), N. Micallef 54 (N)
Tkeċċa: W. Moreira Da Silva 38 (N)
Ammoniti: E. Da Conceicao (N), E. Agius (S)
Player tal-Logħba: Geoffrey Edwin Acheampong (S)