Wednesday, October 9, 2024

Sliema Wanderers isalvaw il-logħba b’penalty fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Sliema W. ……2

Melita …………1

Minn Cristian Muscat

Meta kienu resqin lejn l-ewwel telfa tal-is­taġun, Sliema Wanderers salvaw il-partita meta fis-96 minuta ngħataw penalty biex temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Melita.

Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Vito Plut għaddiet ftit barra.

Man-nofs siegħa logħob, il-Wanderers qalgħu daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa Myles Beerman permezz ta’ karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq il-captain ta’ Melita, Jean Pierre Attard.

Madankollu, erba’ minuti wara, is-Slimiżi fetħu l-iskor meta Steve Pisani indirizza cross fid-direzzjoni ta’ SAMUEL GOMES DA MATA li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Melita, Gosef Mizzi.

Ta’ min isemmi li dan kien il-100 goal reġistrat f’dan l-istaġun. 

Fit-42 minuta, Melita wettqu reazzjoni hekk kif Matthew Debattista ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper Kelvin Emeka Agu li dawwar f’corner, biex evita goal ċert.

Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Melita kisbu d-draw meta Andre Pena da Costa serva lil NICK CUTAJAR li permezz ta’ xutt mill-ewwel tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fil-50 minuta, huma marru fil-vantaġġ  meta Karl Mohnani għadda tajjeb lejn ANDRE PENA COSTA li b’eleganza u b’lob preċiż qabbeż il-ballun minn fuq Emeka Agu. 

Fil-65 minuta, kienu ferm sfortunati li kisbux id-draw meta minn azzjoni ta’ corner, Steve Pisani u mbagħad Simon Zibo id-daqqiet ta’ ras jaħbtu mal-wieqfa.

Fit-78 minuta,  Sliema appellaw għall-penalty meta l-ballun deher jaħbat ma’ id Karl Mohnani iżda kollox kien normali għat-terna arbitrali.

U meta kollox deher li Melita kienu se jieħdu t- tliet punti, fl-aħħar azzjoni tal-logħba Sliema ngħataw penalty li minnu HENRIQUE MURILLO sammar il-ballun fix-xibka.

Sliema W.: 12-Kelvin Emeku Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (20-Wescley 85), 10-Samuel Gomes Da Mata (97-Jonata 71), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino (5-Neil Frendo 92), 31-Henrique Murilo, 42-Simon Zibo (14-Nicholas Strickland 92), 70-Steve Pisani, 77-Mohamed Awad – Coach: Paul Zammit

melita: 1-Gosef Mizzi, 6-Jean Pierre Attard, 7-Karl Mohnani, 9-Andre Pena Da Costa (Michael Cachia 87), 10-Matthew Debattista, 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 20-Benjamin Cassar (19-Jesus Yepez 46), 21-Nick Cutajar (14-David Xuereb 69), 26-Kurt Bondin, 27-Gareth Barone, 29-Henrique Marcelino Motta   – Coach: Clive Mizzi

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, James Muscat

RABA’ UFF: Philip Farrugia

SKORERS: S. Gomes Da Mata 34, H. Murillo pen. 96 (S), N. Cutajar 48, A. Pena Da Costa 50 (M)

AMMONITI: H. Motta (M), G. Alcino, H. Murilo (Sw)

TKEĊĊA: M. Beerman 30 (SW)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport