Wednesday, April 30, 2025

Snien “imkabbra” għall-ewwel darba f’laboratorju

Avvanz xjentifiku kbir ieħor…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Xjenzati mill-King’s College f’Londra kabbru b’suċċess snien umani f’laboratorju. Dan l-avvanz xjentifiku tal-ewwel tax-xorta tiegħu sar billi ntużaw ċelloli ta’ pazjent. Dan ifisser li fil-futur jista’ jkun li mhux se jkun hemm aktar bżonn ta’ mili tas-snien jew impjanti. Dan hekk kif issa qiegħda ssir ir-riġenerazzjojni naturali tas-snien tal-bniedem.

Ir-riċerka, li saret b’kollaborazzjojni mal-Kulleġġ Imperjali ta’ Londra, ħolqot l-istess proċess li jkun hemm fl-iżvilupp naturali tas-snien. Iċ-ċelloli fil-laboratorju kkomunikaw u ħolqu sinna għal soluzzjoni bijoloġika kompatibbli.

Issa r-riċerkaturi qegħdin jesperimentaw żewġ metodi differenti. Wieħed li jagħmlu impjant ta’ ċelloli f’fażi inizjali li jifformaw sinna fil-ħanek u ieħor li “jkabbru” sinna sħiħa fil-laboratorju qabel titweħħel. 

Din l-iskoperta tista’ tibdel il-kura tradizzjonali tas-snien li aħna mdorrijin biha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport