It-Tnejn, 23 ta’ Mejju, jiġi fi tmiemu l-istaġun tal-Kampjonat Masters tal-isnooker lokali.
Il-finali ser tigi kkontestata min Arthur Cachia u Frans Mintoff u ser issir fuq l-aqwa min 9 frames. Ir-referee tal-finali ser ikun Ivan Attard.
Iċ-Champion tal-Masters se jiġi ppreżentat bit-trofew il-ġdid hekk kif tintemm il-finali.
Il-Malta Billiards & Snooker Association tirringrazzja l-isponsors kollha li għenu matul l-istaġun – CE Installations, Goliath Coatings, SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.
Il-logħba se tixxandar dirett fuq il-pagna ufficjali ta’ facebook tal-MBSA fis-6.00 pm