Sunday, December 22, 2024

Snooker: Higgins iwaqqaf finali kontra Robertson

Aqra wkoll

John Higgins għeleb lil Luca Brecel 10-7 biex kiseb post fil-finali tat-Tour Championship li ntemm il-bieraħ filgħaxija fi Llandudno, Wales, biex waqqaf konfront għat-titlu ma’ Neil Robertson.

Il-finali hija prospett li jixraq il-ħalq. Higgins u Robertson diġà ltaqgħu dan l-istaġun, bit-Thunder from Down Under jirbaħ finali pjaċevoli fl-English Open bl-iskor ta’ 9-8. Huma reġgħu kienu nvoluti f’battalja fuq l-aħjar minn 19-il frames, bl-ogħla premju fin-nofs ikun ta’ £150,000.

Ir-rebħa għar-rebbieħ ta’ 31 tournaments ranking, Higgins pattiet għal telfa ta’ 9-5 f’idejn Brecel f’dan il-post stess fil-finali ta’ li Scottish Open f’Diċembru li għadda. Dik kienet l-unika telfa ta’ Higgins kontra Brecel u issa qed jillidja 5-1 fil-konfronti r-ras imb’ras.

Minkejja li għad irid jikseb rebħa f’tournament ranking dan l-istaġun, Higgins ġie ppremjat għall-konsistenza tiegħu wara l-Gibraltar Open. Huwa spiċċa fil-quċċata tal- klassifika fis-Sensiela BetVictor, u b’hekk kiseb bonus massiv ta’ £150,000.

Brecel għamel mixja kmieni fis-sessjoni ta’ wara nofs­inhar meta mar 3-0 minn fuq bi breaks ta’ 64, 105 u 78 iżda ma kellu l-ebda tweġiba meta Higgins irkupra bil-kbir, biċ-Champion tad-Dinja erba’ darbiet jirbaħ l-aħħar ħames frames biex spiċċa 5-3 fuq quddiem fi tmiem is-sessjoni.

Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni huma rebħu frame kull wieħed, qabel ma break ta’ 50 għen lil Higgins biex jmur 7-4 minn fuq. Brecel kien 52-6 fil-vantaġġ fit-12-il frame, iżda clearance mill-aqwa ta’ 69 għenitu biex jibqa’ f’kuntatt fuq 7-5.

Breaks ta’ 68 u 108 raw lir-rebbieħ ta’ żewġ avvenimenti rankings jirrestawra l-parità ta’ 7-7. Madankollu, Higgins kien se jkompli l-attakk tiegħu sal-linja finali meta ħa żewġ frames wara xulxin u mbagħad għamel break ta’ 67 biex qabeż il-linja tat-tmiem u għalaq il-logħba b’vantaġġ ta’ tliet frames.

Ekonomija

Sport