Thursday, December 26, 2024

Snooker: Judd Trump jirbaħ it-titlu ta’ Champion of Champions

Aqra wkoll

Judd Trump kiseb l-ewwel titlu ta’ Champion of Champions b’rebħa ta’ 10-4 fuq John Higgins fil-finali, li ntlagħbet f’Bolton.

In-numru tnejn tad-dinja kellu vantaġġ minimu ta’ 5-4 fuq l-Iskoċċiż Higgins fl-ewwel sezzjoni li ntlagħbet wara nofsinhar.

Iżda l-Ingliż, ta’ 32 sena, rebaħ ħames frames wara xulxin biex kiseb ir-rebħa u għalaq dan il-kampjonat b’mod mill-aktar impressjonanti.

Trump, iċ-champion tad-dinja tal-2019, tilef biss ħames frames fl-erba’ logħbiet tiegħu f’dan il-kampjonat, li kien kompost minn 16-il plejer.

Wara rebħa ta’ 4-1 fuq David Lilley fl-ewwel rawnd, Trump għeleb kemm lil Ryan Day kif ukoll lil Kyren Wilson bl-iskor ta’ 6-0 fil-kwarti-finali u s-semi-finali rispettivament.

Higgins ta’ 46 sena għeleb lil Ding Junhui – li ħa post iċ-champion renjanti Mark Allen (li ma kkompetiex) – 4-3 fl-ewwel rawnd qabel rebħa impressjonanti ta’ 6-1 fuq Ronnie O’Sullivan fl-aħħar tmienja u rebħa ukoll 6-5 kontra Yan Bingtao fis-semi-finali.

Ekonomija

Sport