Saturday, April 20, 2024

Luke Montebello huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2021

Aqra wkoll

Luke Montebello ta’ Birkirkara huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2021.

L-attakkant internazzjonali ta’ 26 sena skorja tliet gowls matul ix-xahar ta’ Ottubru biex jgħin lit-tim tiegħu jżomm il-pressjoni fuq il-leaders Hibernians.

Montebello fetaħ l-iskor kontra Hibernians, fejn skurja mill-11-il metru kif ukoll skorja doppjetta kontra Sirens għat-tliet punti importanti ħafna.

Dr Matthew Paris, Viċi President tal-Malta Football Association ippreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru lil Montebello li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Il-Bank of Valletta huwa impenjat lejn Saħħa u Benessri bħala parti mill-impenji ESG tiegħu bħala ċittadin responsabbli tal-Komunità fejn jopera.

Sport