Tuesday, April 23, 2024

F1: Lewis Hamilton inaqqas id-distakk fil-konfront ta’ Max Verstappen

Aqra wkoll

It-taqtiegħa għar-rebħ tal-kampjonat tal-Formula Wie­ħed kompliet tiħrax bejn il-leader, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) u ċ-champion renjanti, il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes), hekk kif dan tal-aħħar rebaħ il-Grand Prix tal-Qatar, li sar fiċ-ċirkwit ta’ Doha, biex meta fadal żewġ tiġrijiet oħra (Arabja Sawdija u Abu Dhabi), huwa naqqas id-distakk għal tmien punti. 

Kienet tiġrija pjuttost komda għal Hamilton li beda mill-pole position u qatt ma kien mhedded minħabba li Verstappen beda mis-seba’ pożizzjoni wara li ngħata penalitá fil-provi uffiċjali wara li ma naqqasx il-veloċitá taħt il-bnadar sofor. Iżda huwa xorta spiċċa fit-tieni post, segwit mill-Ispanjol Fernando Alonso (Alpine). 

Il-Britanniku irreġistra ħin ta’ 1:24:28.471.

Il-klassifika ġenerali (ta’ fuq): 351.5 – Max Verstappen; 343.5 – Lewis Hamilton; 203 – Valtteri Bottas; 190 – Sergio Perez; 153 – Lando Norris; 152 – Charles Leclerc. 

Sport