Sunday, November 17, 2024

Snooker: Malta titlef filwaqt li r-Repubblika Irlandiż iddikjarati rebbieħa

Aqra wkoll

Is-Sibt, fl-Akkademja tas-Snooker fil-Hamrun, il-Malta Billiards & Snooker Association sar it-tieni jum tal-International Challenge Cup fejn it-tim Malti kontra tilef l-Irlanda ta’ Fuq bi frame wieħed biss filwaqt li r-Repubblika Irlandiż temmew l-impenji tagħhom b’rebħa kbira kontra l-Iskozja u ma jistawx jintlaħqu.

It-tim Malti s-Sibt tilef bl-inqas margni possibli fejn l-Irlanda ta’ Fuq rebħu 14 -il frame minn 27 u Malta wieħed anqas biss bi 13. Il-players Maltin li rebħu l-konfronti tagħhom kienu Arthur Cachia li rebaħ, 3-0 kontra Ramie McAllister filwaqt li kemm Alex Borg, Joseph Casha u Philip Ciantar rebħu bil-punteġġ ta’ 2-1 kontra Anto Heaney, Brian Milne u Dermot Loughran rispettivament. Brian Cini, Isaac Borg u Frans Mintoff kollha tilfu 2-1 fejn kien it-tielet u l-aħħar frame li ddecieda r-rebbieħ. Huma lagħbu kontra Patrick Wallace, Stephen Brady u Rory Mallon sekwenzjalment. David Zammit ma kellu l-ebda risposta għal Paul Sweeney u tilef 3-0 filwaqt li ż-żgħażugħ, Xavier Rizzo bħal l-ewwel żewġ logħbiet tal-jum ta’ qabel, rebaħ l-ewwel frame iżda tilef it-tnejn l-oħra. Huwa tilef kontra Jamie Gardiner.

Fiż-żewġ logħbiet li r-Repubblika Irlandiża lagħbu fit-tieni ġurnata ta’ dan it-tournament huma kellhom rebħiet kbar ħafna. Filgħodu kienu ferm superjuri kontra Franza u kisbu punteġġ 23-4 u aktar tard fl-aħħar konfront tal-ġurnata għelbu lill-Iskozja bl-iskor ta’ 22-5. Issa b’total ta’ 77 l-ebda pajjiż ma jista jissuperahom.

il-klassikfika wara it-tieni jum ta’ komptezzjoni taqra hekk; ir-Repubblika Irlandiża – 77 u ddikjarati champions ta’ din l-edizzjoni, Malta – 43, l-Irlanda ta’ Fuq – 42, l-Iskozja – 37, u Franza – 19.

Illum Malta tilgħab kontra Franza fl-aħħar f’logħba ta’ din l-edizzjoni tal-ICC li tibda fit-3.00 p.m. Il-format ta’ dan it-tournament l-aktar importanti huwa li tirbaħ l-akbar ammont possibbli ta’ frames u t-tieni post ser jiddependi wkoll mir-riżultat finali tal-logħba bejn l-Irlanda ta’ Fuq kontra l-Iskozja. Malta ser ikollha vantaġġ li ser tilgħab wara din il-logħba. Jekk it-tim Malti  jispiċċa t-tieni jkun kiseb riżultat aħjar minn dak tas-sena l-oħra fil-kapiltali Skoċċiża, Edinburgh meta temm fit-tielet post.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport