Monday, December 9, 2024

Fiċ-Ċina: Imutu minn tal-inqas tmien persuni wara attakk fi skola

Aqra wkoll

Konsegwenza ta’ attakk fiċ-Ċina, inqatlu mill-inqas tmien persuni. Din l-informazzjoni ġiet kkonfermata mill-awtoritajiet Ċiniżi, fejn ingħad li l-istess attakk seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-6.30 p.m.

Fi stqarrija, l-awtoritajiet qalu li student ta’ 21 sena hu maħsub li wettaq l-attakk fil-Belt ta’ Yixing, fil-provinċja taċ-Ċina ta’ Jiangsu. Min-naħa tagħha, il-Pulizija qalet li l-attakk seħħ fil-Kulleġġ Vokazzjonali tal-Arti u t-Teknoloġija fil-belt magħrufa bħala Wuxi.

Dwar is-suspettat, il-Pulizija qalet li dan aktarx iggradwa mill-iskola aktar kmieni din is-sena u kien irrabjat għax ma rċievax iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni tiegħu. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Pubblika spjega li l-istudent ma kienx kuntent ukoll bil-paga tal-apprendistat.

Minħabba l-attakk innifsu, bħalissa l-Pulizija għaddejja b’ħidma u bi sforzi kontinwa biex jiġi investigat il-każ. Midja internazzjonali rrapurtat li dan l-attakk seħħ ftit tal-jiem wara li fil-bel ta’ Ċiniża, Zhuhari inqatlu 35 persuna, hekk kif kien hemm persuna li saq fuq in-nies bil-vettura tiegħu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport