Monday, December 23, 2024

Snooker: Si Jiahui jirbaħ il-WSF Open

Aqra wkoll

Iċ-Ċiniż Si Jiahui rebaħ il-World Snooker Federation Open 2022, meta fil-finali għeleb lil Lee Stephens tal-Ingilterra 5-0 fid-Ding Junhui Snooker Academy f’Sheffield.

Si se jingħata pass ta’ sentejn fil-World Snooker Tour u se jgawdi ritorn fiċ-ċirkwit professjonali mill-istaġun li ġej, wara li lagħab fit-tour mill-2019 sal-2021. Dan l-istaġun, iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena lagħab bħala top-up tal-Q School f’avvenimenti professjomali u kiseb rebħiet fuq players bħal Shaun Murphy, Matthew Stevens u Graeme Dott.

Breaks ta’ 63 u 104 għenu lil Si għal rebħa komda fil-finali kontra Stevens. Aktar kmieni fis-semi-finali, Si ġie minn 3-1 minn taħt biex għeleb lil Michael White bl-iskor ta’ 4-3, filwaqt li Stephens kiseb rebħa ta’ 4-2 fuq Daniel Wells.

Madwar 280 player ikkompetew fl-avveniment, minn 43 nazzjon differenti fosthom il-Maltin, Brian Cini, Aaron Busuttil u Brian Caruana.

Si rebaħ il-frames hekk: 83-0, 102-12 (63), 109-23 (104), 89-3, 69-19.

Ekonomija

Sport