Saturday, December 21, 2024

Snooker World GP – Bingham u O’Sullivan fis-semi-finali

Aqra wkoll

Stuart Bingham u Ronnie O’Sullivan, illum se jiltaqgħu fit-tieni semi-finali tal-World Grand Prix li qed issir f’Coventry wara li l-bie­raħ Mark Selby iltaqa’ kontra Neil Robertson.

Bingham għeleb lil Stephen Maguire 5-1 fejn fetaħ vantaġġ ta’ 4-0 bi breaks ta’ 53, 105 u 95 fl-ewwel tliet frames. Imbagħad Maguire naqqas il-marġni b’century ta’ 139 u wara dan kien Bingham li għalaq il-logħba.

Min-naħa tiegħu O’Sullivan għeleb lil Jimmy Robertson 5-2 wara li sal-mistrieħ kienu 2-2 b’Robertson jagħmel żewġ breaks ta’ 70 u 106.

Iżda O’Sullivan pproduċa breaks ta’ 80, 112 u 68 biex kompla javvanza u l-lejla fit-8.00 pm jilgħab kontra Bingham għal post fil-finali.

Sadanittant, il-Ħamis filgħaxija Selby għe­leb lil Tom Ford 5-2 fejn inkluda breaks ta’ 58, 74, 104, 55, 52 u 93 għal wieħed ta’ 86 minn Ford.

Fil-kwarti-finali l-oħra Robertson għeleb lil Yan Bingtao 5-4 bi breaks ta’ 72, 117, 66 u 59 b’Yan jagħmel 64 u 69 fl-ewwel frame u tnejn oħra ta’ 59 u 87.

Il-premju finanzjarju għar-rebbieħ huwa ta’ £100,000.

Ekonomija

Sport