Friday, May 3, 2024

“Hemm limitu sa fejn tista’ tasal b’kummenti fil-midja soċjali” – Frans Debono

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks Sindku tal-Marsa Frans Debono meta kuntattjat minn dan is-sit wara li rebaħ libell fil-konfront ta’ Adrian Zammit minħabba kummenti li xxandru f’filmati fuq il-midja soċjali qalilna li “jekk il-liġi ttini ċans se nappella. Din mhux kwistoni ta’ flus. L-argument tiegħi hu li l-piż tas-sentenza mhux żgħir. is-sentenza hi ċara ħafna. Qalet li nqabeż il-limitu u jien ma nħossx li hi ġusta li d-deċiżjoni tat multa miżera.  Jien intenni li mhux kwistjoni ta’ flus għax dawn parti minnhom se jgħaddu lis-santwarji tal-annimali.”

Tenna li “inħoss li għandu jintbagħat messaġġ. Dan għandu jkun dak li ma nistgħux naqbdu u jfajru meta nkunu wara l-keyboard mingħajr ma naraw il-konsegwenzi. Il-ħażin tagħha mhux għax isemmi lili. Nemmen li għandu jintbagħat messaġġ li min juża key board għandu limitu sa fejn jista’ jasal. Il-limitu trid tarah inti u mhux ħaddiehor jarah għalik”, tenna l-eks Sindku tal-Marsa.  

Għajjar lis-sindku ‘imbruljun’, ’nittien’ u jieħu l-pilloli blu

Fl-aħħar jiem il-Qorti ordnat lil Adrian Zammit jħallas €850 lill-eks Sindku tal-Marsa Frans Debono wara li sabitu ħati ta’ malafama. Debono kien fetaħ il-kawża fil-Qorti tal-Maġistrati wara li ħassu mmalafamat bi tliet filmati li Adrian Zammit tella’ fuq il-Facebook. Hu kien akkuża lil Zammit li ried jirredikolah waqt il-kampanja għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali. L-eks sindku tal-Marsa argumenta li għalkemm reġa’ ġie elett fil-kunsill ma rnexxielux iżomm postu bħala sindku anke minħabba l-kummenti ta’ Adrian Zammit.

Fis-sentenza jissemma li Adrian Zammit irrefera għas-sindku bħala “mustaċċun”, li jissendika bit-tromba u jnemmes fid-direzzjoni tal-latrini pubbliċi lejn il-klandestini, li jixtri kwantitajiet kbar tal-pilloli l-blu u li jakkwista affarijiet b’xejn u jisraq ħwejjeġ ħaddieħor.

Fis-sentenza issemma kif Adria Zammit spjega li huwa ma kienx qed jirreferi għal Debono imma għal persuna fittizja li ħoloq waqt li semma kif biex iwassal il-messaġġ tiegħu juża karattri immaġinarji u pupi fosthom ħmar, avukat u wieħed bil-mustaċċi biex ma joffendi lil ħadd.

Il-Qorti iddikjarat li  l-mod kif jirreferi għar-raġel bil-mustaċċi kienet referenza ċara għall-eks sindku tant li f’wieħed mill-filmati jidher jilbes par mustaċċi foloz griżi li jixbhu lil dawk ta’ Debono.

Il-Qorti qalet li Adrian Zammit m’għarafx jieqaf mal-konfini taċ-ċajt sempliċi u l-kritika leġittima u ddeskriva lil Debono bħala imbruljun, qammiel, nittien, inkompetenti, li ġie elett b’mod qarrieqi u li jdaħħal f’butu l-fondi pubbliċi.

Sport