Tuesday, December 24, 2024

Soċjetajiet mużikali jgawdu minn fondi għal aktar inklussività u aċċessibblità

Aqra wkoll

Disa’ soċjetajiet mużikali madwar Malta u Għawdex ser ikunu qed igawdu minn fondi maħruġa mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur taħt l-iskema Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklussivi.

Dan ser isir b’investiment ta’ €100,000, fejn l-għan prinċipali tal-iskema huwa li tissaħħaħ l-inklużjoni u jitwettqu proġetti li fost affarijiet oħrajn itejbu l-aċċessibilità kif ukoll iżidu l-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li dan imur id f’id mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità fejn titkellem b’mod ċar dwar id-dritt li persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għall-kultura u l-arti f’pajjiżna.

Il-proġetti li ser jibbenefikaw minn din l-iskema jvarjaw minn ristrutturar infrastrutturali għal aktar aċċessibilità sa apparat teknoloġiku biex attivitajiet kulturali jkunu jistgħu jixxandru fuq il-midja soċjali.

Id-disa’ soċjetajiet mużikali huma; St. Philip Band Club AD 1851 Ħaż-Żebbuġ, Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri Ħal Qormi, Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħal Kirkop A.D. 1886, Għaqda Mużikali San Ġużepp Għaxaq, Soċjetà Mużikali Sant’Antnin Birkirkara, 12th May Band and Social Club Ħaż-Żebbuġ, Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa, Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun u Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi.

Għaċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti Nancy Caruana u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju Mauro Pace Parascandolo.

Ekonomija

Sport