Monday, May 13, 2024

Raġel bi ġrieħi serji u ieħor jindarab ħafif wara inċident tat-traffiku f’Għawdex

Aqra wkoll

Ħabta oħra seħħet għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace, ir-Rabat, Għawdex. Fil-ħabta kienu involuti żewġ karozzi – Hyundai Getz misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti s-Sannat u Toyota IQ misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti x-Xagħra, Għawdex.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna fejn iż-żewġt irġiel kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn is-sewwieq tal-Hyundai kien iċċertifikat bi ġrieħi serji filwaqt li r-raġel ta’ 41 sena kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief. Mara ta’ 38 sena kienet passiġġiera fit-Toyota iżda fortunatament ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgitte Sultana li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport