Saturday, May 4, 2024

Chelsea jiffirmaw lil Malo Gusto mingħand Lyon

Aqra wkoll

Chelsea ffirmaw lid-difensur lemini Franċiż ta’ 19-il sena Malo Gusto mingħand Lyon għal €35 miljun.

Gusto ffirma ftehim mal-Blues sas-sajf tal-2030 iżda se jkompli dan l-istaġun mal-club Franċiż.  

Dan il-player  se jkompli l-progress impressjonanti tiegħu b’self f’Lyon qabel ma jingħaqad mal-Blues fis-sajf.

Gusto ddebutta fl-ewwel team ta’ Lyon f’Jannar 2021 u f’dan l-istaġun ġie utilizzat 15-il darba.  

Dan huwa s-seba’ akkwist fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar għal Chelsea bl-oħrajn ikunu Noni Madueke, Mykhailo Mudryk, David Datro Fofana, Andrey Santos u Benoit Badiashile b’kuntratti permanenti filwaqt li Joao Felix ġie ffirmat b’self mingħand Atletico Madrid. 

Sport