Wednesday, April 24, 2024

“Ħallejna il-prinċipju tal-ġustizzja jiggwidana biex ħadd ma jaqa’ lura”

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-PL, Robert Abela

Aqra wkoll

F’attività politika l-Ħadd filgħodu f’Birkirkara, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista fakkar kif matul din il-ġimgħa komplew jittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet maħsuba biex itejbu l-kwalità tal-ħajja.

Mis-soċjal għall-ekonomija, mill-Ġustizzja għall-ambjent u mit-Turiżmu għas-saħħa, deċiżjonijiet li kienu possibbli sforz il-ħidma ta’ tim wieħed, tim Malta.

Il-Prim Ministru semma kif meta dan il-Gvern ingħata l-fiduċja f’Marzu li għadda, kompliet għaddejja l-ħidma fl-implimentazzjoni tal-programm għal Malta – il-manifest. Sostna li dan il-gvern kompla jkun kommess li jwettaq miżura b’miżura u jara li ħadd ma jaqa’ lura.

F’redikont li ta, semma kif fost il-miżuri li daħlu fis-seħħ sabiex tkompli tiġi imbuttata ‘l quddiem il kwalita tal hajja, kien hemm iż-żied fil-pensjonijiet, miżuri li jolqtu lil ftit fis-soċjetà tagħna iżda li meta jiġu mplimentati jagħmlu differenza kbira f’ħajjet l-individwu jew individwi.

Abela saħaq kif Gvern b’ruħ u qalb soċjali jaħdem b’mod li jagħti opportunità lill-kulħadd sabiex iwettaq il-ħolm tiegħu. Semma wkoll kif għall-kuntrarju ta’ ħaddieħor, dan il-Gvern jaħdem sabiex ikompli joħloq l-opportunità ġewwa pajjina stess u mhux jieħu pjaċir li hemm żgħażagħ li jridu jitilqu minn pajjiżna.

Il-Prim Ministru sostna kif din hija differenza fundamentali oħra bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Qal kif Gvern Laburista meta jiġi għas-si u n-no fit-teħid tad-deċiżjonijiet; dan il-Gvern jiddeċiedi favur in-nies u man-nies.

Fid-diskors tiegħu ġewwa iċ-Ċentru Laburista f’Birkirkara, il-Prim Ministru kompla jsemmi aktar skemi u inizzjattivi li seħħew matul din il-ġimgħa. Fosthom tenna kif ma jistax ma jkunx kbura fil-fatt li aktar banek kummerċjali qed jissieħbu fl-iskema introdotta bl-isem ta’ New Hope. Liema skema ser igawdu minnha mijiet ta’ persuni li fil-passat għaddew minn xi mard u issa fiequ jew ibatu minn xi kundizzjonijiet mediċi fejn minkejja għandhom il-mezzi finanzjarji biex isiru sidien ta’ djarhom, il-bank ma setax jipprovdilhom dan minħabba li ma setgħux iġibu polza ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja kawża tal-kundizzjoni ta’ saħħithom. Għaldaqstant dan il gvern ra kif għamel u biddel dan billi ressaq din l-iskema l’quddiem u b’hekk aktar persuni setgħu isiru sidien ta’ djarhom.

Il-mexxej Laburista saħaq li dan huwa eżempju ċar ta’ meta jkun hemm nies fis-soċjetà li qed ibatu, il-Gvern irid jintervjeni sabiex jassigura li ħadd ma’ jaqa’ lura u nħallu il-prinċipju ta’ ġustizzja jiggwidana u nkunu ta’ wens għal min qabel kien minsi jew mwarrab fis-soċjetà tagħna.

Semma wkoll it-tnedija tal-agenzija Project Green b’investiment ta’ €700 miljun fuq medda ta’ 7 snin, b’konsultazzjoni mar-residenti u kunsilli lokali biex jitwettqu fl-aħjar interess tagħhom.

Kif ukoll l-iskema mnedija b’investiment ta’ €10 miljun għal Għaqdiet Mhux Governattivi u Kunsilli Lokali sabiex jersqu l’qudiem bi proġetti ta’ fejda u ideat tan-nies, li jistgħu ikunu ta’ benfiċċju għal lokalità sabiex inkomplu nsebbħu l-wiċċ ta’ dan il-pajjiż.

Kif ukoll semma l-pakkett ta’ fondi, li huwa l-ikbar li qatt kiseb pajjiżna mill-Unjoni Ewropa.

Il-Prim Ministru qal ukoll kif kollox idur mal-kelma investiment. Investiment fin-nies.

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar biex nibqgħu naħdmu ħalli dak li jagħmel lil pajjiżna sabiħ, li nħobbu ngħixu fih u li tant nies iżuruh, mhux biss inħarsuh imma nsaħħuħ.

Sport