Sunday, November 24, 2024

Sofra ġrieħi gravi wara li sab materjal pirotekniku u ħa f’idejh

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:15 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’Delimara.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar, waqt li kien fl-inħawi ta’ Delimara, sab xi materjal pirotekniku, bil-konsegwenza li dan ħa u r-raġel ġarrab ġrieħi f’idejh u f’wiċċu.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei minn persuna li kienet miegħu u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport