Saturday, September 7, 2024

Sofyan Amrabat ifaħħar lil Erik Ten Hag

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd il-ġdid ta’ Manchester United Sofyan Amrabat tkellem b’mod pożittiv fuq il-kowċ Erik Ten Hag.

L-eks plejer ta’ Fiorentina kellu kliem ta’ tifħir għal mod kif żviluppa l-karriera tiegħu sa minn meta kien għadu żagħżguħ ta’ 19-il sena u kien tah l-ewwel ċans jilgħab mat-tim tal-kbar ta’ Utrecht.

Ftit tas-snin wara, Amrabat qed jerġa’ jsib lil Ten Hag quddiemu u issa jammetti li bħala plejer immatura ħafna u lest jagħti l-mija fil-mija tiegħu sabiex Manchester United jaqbdu l-konsistenza.

Ekonomija

Sport