L-aħbar tal-mewta traġika tal-omm ta’ 38 sena, Chantalle Gauci, wasslet għal sogħba kbira fost il-membri tal-grupp tal-Facebook “Ommijiet Ngħidu Kelma Flimkien”. Chantalle kienet daħlet membru f’dan il-grupp lura f’Ġunju tal-2018.
Mal-aħbar l-amministrazzjoni tal-grupp ħabbar li, “illejla tiflna waħda mill-membri tagħna. Kondoljanzi lill-familja f’dan il-mument li jħallik bla kliem. Strieħ fis-sliem għażiża Chantalle Gauci.
Fost kummenti ta’ ommijiet fil-paġna kien hemm miktub: “Xi traġedja!, Xi sfortuna. Kurraġġ u sabar lill-familja tagħha speċjalment lil dik il-bint”; “Madoff kellha tmut b’inċident veru sfortunat”; “Nitolbu għat-tifla tagħha miskina u r-raġel. Mumenti ta’ dulur kbir”.
Fl-aħħar post tagħha Chantalle kienet staqsiet jekk hemmx xi ħadd li jaf minn fejn tista’ tikseb kostum ta’ Willy Wonka għal minuri ta’ tmien snin…