“Solidarjetà sħiħa mal-Maġistrat Nadine Sant Lia. Dawn l-attakki fuq il-ġudikatura mhux aċċettabbli f’soċjetà demokratika. Għajb lill-fergħa estremista tal-Partit Nazzjonalista, li b’deċiżjoni tal-Qorti nkixfet kemm tabbuża illegalment mill-proċess ġudizzjarju, u minflok ħarget tattakka lill-Qorti. “
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela permezz tal-mezzi soċјali.
Il-PM enfasi za li dawn mhuma xejn ħlief estremisti li jridu Qrati li jiddeċiedu dak li jridu huma inkella jattakkawhom.
Qal ukoll:”Mhux ġustizzja jridu imma persekuzzjoni. Għax il-qerq tagħhom inkixef, qegħdin jippruvaw ibeżżgħu lill-Pulizija ħalli ma tinvestigahomx kif semmiet il-Qorti”
Tenna li dmiru hu li јieqaf bis-saħħa lil dawn l-ipokriti tas-sewwa.