Il-Partit Laburista jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mas-Sindku ta’ Raħal Ġdid Jason Silvio, li għax qed jaqdi dmiru favur l-interess tal-lokal, spiċċa b’mandat ta’ sekwestru b’mod personali. Ma huwa aċċettabbli qatt li xi ħadd jispiċċa juża tattiċi ta’ “bullying” ma’ ħadd u ma’ min iservi lill-komunitajiet u lil pajjiżna.
Se nibqgħu nagħtu l-appoġġ sħiħ tagħna u kif daħħalna bidliet biex nipproteġu aktar lil persuni li jokkupaw kariga pubblika li jkunu suġġetti għal azzjonijiet ċivili marbuta mal-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, fiż-żmien li ġej se nilleġiżlaw riforma li tagħti s-saħħa tal-appell fil-qasam tal-ippjanar.
Riforma li ġiet diskussa fil-Parlament wara impenn politiku ċar minn Gvern Laburista favur aktar ġustizzja fl-ippjanar. L-ebda att ta’ intimidazzjoni ma għandu jeqred id-dritt li persuna taħdem għall-ġid tal-komunità. Il-Partit Laburista se jibqa’ jiddefendi d-dritt taċ-ċittadin li jaħdem fl-interess komuni.
Id-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba esprima wkoll l-appoġġ sħiħ mas-Sur Silvio u saħaw li huwa tal-mistħija li għax wieħed jopponi żvilupp propost f’isem lokalità, jispiċċa vittma ta’ att li jiskoraġġixxi l-ħidma pubblika.
