Friday, July 19, 2024

Somalu jitlef ħajtu waral li ħa xokk waqt li kien qed jarma scaffolding f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Somalu ta’ 31 sena resident Ħal Qormi tilef ħajtu, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m, kien involut f’inċident fi Triq Manuel Dimech f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma ħa xokk waqt li kien qed jarma scaffolding.
Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport